Xi tfisser il-kelma Ombudsman?

Il-kelma Ombudsman għandha oriġini Svediżi u fil-fatt l-ewwel istituzzjoni tal-Ombudsman ġiet imwaqqfa proprju fl-Isvezja fl-1809.  Il-kelma Ombudsman hija t-traduzzjoni Ingliża tal-kelma Svediża umbudsman mill-Lingwa Antika tal-Old Norse umboosmoar, li tfisser rappreżentant.

F’dawn l-aħħar snin l-istituzzjoni saret iktar marbuta mal-funzjoni tagħha tal-ħarsien tal-istat tad-dritt u l-interessi taċ-ċittadini.  L-Ombudsman qiegħed aktar ikun magħruf għall-ħidma tiegħu li jippromwovi d-drittijiet fundamentali tal-individwi għall-amministrazzjoni pubblika tajba u bħala dak li jħares liċ-ċittadini kontra l-malamministrazzjoni, l-abbuż tal-poter u d-diskriminazzjoni improprja.

Mistoqsijiet