L-Ombudsplan 2020 jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati

L-Ombudsplan 2020 tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra mill-President tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anglu Farrugia

L-Ombudsplan ta’ din is-sena jelenka 25 prinċipju addottati mill-Kummissjoni ta’ Venezja, li jistabilixxu protezzjoni u promozzjoni tal-Istituzzjoni tal-Ombudsman. Dawn il-prinċipji ta’ Venezja jipprovdu fuq kollox riga li biha jista’ jiġi mkejjel jekk l-istituzzjoni tal-Ombudsman fil-pajjiż hiex konformi mal-istandards bażiċi iżda rigorużi meħtieġa u mixtieqa f’soċjetà demokratikament evoluta. Fl-Ombudsplan qed issir ukoll analiżi qasira ta’ kull prinċipju biex jiġi indikat jekk u sa fejn il-qafas kostituzzjonali u legali li jirregola l-istituzzjoni tal-Ombudsman f’Malta jissodisfax dan il-kejl.

Apparti dan l-Ombudsplan 2020 jirrakomanda titjieb fil-qafas leġislattiv biex jassigura li x-xogħol tal-Ombudsman u l-Kummissarji jkun aktar effiċjenti u effettiv.

Kopja tal-Ombudsplan 2020 tista’ titniżżel minn hawn

Stqarrijiet