L-Ombudsman Parlamentari jippreżenta r-Rapport Annwali 2017 lill-President tal-Kamra tad-Deputati

L-Ombudsman Parlamentari maħtur Segretarju Ġenerali tal-tal-Assoċjazzjoni tal-Ombudsman tal-Mediterran

L-Ombudsman Parlamentari, s-Sur Anthony C. Mifsud ltaqa’ mal- President tal-Kamra tad-Deputati l-Onor. Anglu Farrugia sabiex jippreżenta ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman tal-2017.  Matul din il-laqgħa mal-Ispeaker, l-Ombudsman ħabbar li waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Ombudsman tal-Mediterran li saret fi Skopje, il-Maċedonja, hu ġie appuntat Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni.  Għal dawn l-aħħar snin, sa mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni, l-Uffiċċju tal-Ombudsman f’Malta kellu l-kariga ta’ Teżorier, li issa ser tiġi amalgamata mar-responsabbiltajiet tas-Segretarju Ġenerali.

2017- Sena ta’ ġrajjiet li jħallu impatt

Fir-rapport tiegħu l-Ombudsman iddeskriva s-sena 2017 bħala sena ta’ ġrajjiet li jħallu impatt u li fittex li jistħarreġ kwistjonijiet ta’ interess ġenerali bħal ma huwa  l-kunsens dwar il-ħtieġa li ssir riforma sabiex jissaħħu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż u kwistjonijiet dwar kontabilità u governanza tajba.

Matul l-2017, l-Uffiċċju tal-Ombudsman irċieva 520 ilment li minnhom 336 kienu investigati mill-Ombudsman Parlamentari, 83 ġew investigati mill-Kummissarju għas-Saħħa, 62 mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar u l-kumplament 39 ġew investigati mill-Kummissarju għall-Edukazzjoni. Ir-Rapport Annwali 2017 jiffoka wkoll fuq l-inizjattivi li ttieħdu mill-Ombudsman Parlamentari u mill-Kummissarji fil-funzjoni tagħhom bħala difensuri tad-drittijiet taċ-ċittadini.

Wieħed jista’ jikseb ir-Rapport Annwali billi jirrikorri fl-Uffiċċju tal-Ombudsman jew permezz ta’ dan il-link.

Stqarrijiet