L-Ombudsman Parlamentari jippreżenta l-Każijiet fil-Qosor 2020 lill-Parlament

L-Ombudsman Parlamentari, is-Sur Anthony C. Mifsud, ippreżenta l-pubblikazzjoni ta’ Każijiet fil-Qosor 2020 lill-President tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor Anġlu Farrugia.

Fid-daħla ta’ din l-edizzjoni tal-Każijiet fil-Qosor l-Ombudsman jinnota li “Matul dawn l-aħħar ħames snin kelli esperjenza sodisfaċenti ferm anke jekk l-Uffiċċju kellu jiffaċċja sfidi u sitwazzjonijiet diffiċli li jvarjaw minn taqlib politiku serju, nuqqasijiet istituzzjonali kbar u riformi, kif ukoll pandemija dinjija. Bħala Uffiċċju ma nqasniex milli nsemmgħu leħinna meta kien hemm il-ħtieġa illi nippromwovu governanza tajba u nassiguraw amministrazzjoni pubblika tajba. Aħna bqajna nwettqu l-funzjonijiet tagħna mingħajr waqfien, speċjalment id-dover ewlieni tagħna li nirċievu, nipproċessaw u ninvestigaw ilmenti mressaqa minn ċittadini li jħossu li kienu milquta ħażin u li nirrakkomandaw ir-rimedju adegwat meta jkun hekk xieraq.”

Din l-aħħar edizzjoni tal-Każijiet fil-Qosor hija evidenza tal-kwalità u t-tip ta’  ilmenti varji li ġew trattati minni u mill-Kummissarji. Dan il-volum, bħas-snin ta’ qabel, huwa ippublikat biż-żewġ lingwi (jiġifieri bil-Malti u bl-Ingliż) u fih jinkludi tlett taqsimiet separati li jirrapportaw l-ilmenti investigati mill-Kummissarji speċjalizzati fl-oqsma tas-Saħħa, l-Edukazzjoni  u l-Ambjent u l-Ippjanar.

Kopji tal-Każijiet fil-Qosor jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Ombdsman jew minn hawn

Stqarrijiet