L-Ombudsman Parlamentari jiġi elett Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Ombudsmen tal-Mediterran

Fl-10 Assemblea Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Ombudsmen tal-Mediterran (AOM), li saret fi Skopje, il-Maċedonja, l-Ombudsman Parlamentari ta’ Malta, is-Sur Anthony C. Mifsud ġie elett Segretarju Ġenerali u Teżorier tal-assoċjazzjoni.

Għal dawn l-aħħar snin, sa mit-twaqqif tal-AOM, l-Uffiċċju tal-Ombudsman ta’ Malta okkupa l-kariga ta’ Teżorier, li issa ser tiġi amalgamata mar-responsabbiltajiet tas-Segretarju Ġenerali.

L-elezzjoni saret fil-31 ta’ Mejju 2018 u l-membri eletti ġodda tal-Bord tal-Gvernaturi tal-AOM huma:

  • President – Is-Sur Andreas POTTAKIS, Ombudsman, Greċja.
  • 1 Viċi-President – Is-Sur Francisco FERNÁNDEZ MARUGÁN, Difensur tal-Poplu, Spanja.
  • 2 Viċi-President – Is-Sinjura Erinda BALLANCA, Avukat tal-Poplu, Albanija.
  • Segretarju Ġenerali u Teżorier – Is-Sur Anthony C. MIFSUD, Ombudsman Parlamentari, Malta.
  • Membru – Is-Sur Jacques TOUBON, Difensur tad-Drittijiet, Franza.
  • Membru – Is-Sur Ixhet MEMETI, Avukat tal-Poplu, Maċedonja.
  • Membru – Imħallef (Irtirat) Joseph SHAPIRA, Kontrollur tal-Istat u Ombudsman, Israel.
  • Membru – Is-Sur Issam YOUNIS, Kummissarju Ġenerali tal-Kummissjoni Indipendenti tal-Jeddijiet Umani, Awtorità Palestinjana.
  • Membru – Is-Sinjura Vlasta NUSSDORFER, Ombudsman, Slovenja.
  • Membru – Is-Sinjura Maria STYLIANOU-LOTTIDES, Ombudsman, Ċipru.
  • Membru – Is-Sur Abdessattar BEN MOUSSA, Medjatur Amministrattiv, Tuneżija.

 

 

Stqarrijiet