L-Ombudsman jippreżenta r-Rapport Annwali 2018 lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati

L-Ombudsman Parlamentari, s-Sur Anthony C. Mifsud iltaqa’ mal- President tal-Kamra tad-Deputati l-Onor. Anglu Farrugia sabiex jippreżenta r-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman tal-2018.

Matul l-2018, l-Uffiċċju tal-Ombudsman irċieva 553 ilment li minnhom 313 kienu investigati mill-Ombudsman Parlamentari, 102 ġew investigati mill-Kummissarju għas-Saħħa, 84 mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar u l-kumplament 54 ġew investigati mill-Kummissarju għall-Edukazzjoni. Ir-Rapport Annwali 2018 jiffoka wkoll fuq l-inizjattivi li ttieħdu mill-Ombudsman Parlamentari u mill-Kummissarji fil-funzjoni tagħhom bħala difensuri tad-drittijiet taċ-ċittadini.

Wieħed jista’ jikseb ir-Rapport Annwali billi jirrikorri fl-Uffiċċju tal-Ombudsman jew billi jitniżżel minn hawn

Stqarrijiet
Uncategorized @mt