L-Ombudsman bi pjaċir jilqa’ ‘Il-Prinċipji dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni tal-Istituzzjoni tal-Ombudsman’

L-Ombudsman Parlamentari, s-Sur Anthony C. Mifsud bi pjaċir jilqa’ “Il-Prinċipji dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni tal-Istituzzjoni tal-Ombudsman” magħrufa aħjar bħala l-Prinċipji ta’ Venezja, li ġew addottati mill-Kummissjoni ta’ Venezja fis-Sessjoni Plenarja Numru 118.

Il-25 Prinċipju huma vitali sabiex jitħarsu l-uffiċji tal-Ombudsman eżistenti li qed jiffaċċjaw theddid, jipprovdu linji gwida għal titjib ta’ Uffiċċji tal-Ombudsman li hemm preżenti u jistabbilixxu mudell għal uffiċċji ġodda fejn sal-lum tali istituzzjoni għadhom mhux imwaqqfa.  Issa l-istituzzjonijiet tal-Ombudsman għandhom referenza internazzjonali unika li tiġbor il-prinċipji legali essenzjali għat-twaqqif u l-funzjoni tagħhom f’soċjetà demokratika.

Il-Kummissjoni ta’ Venezja iddiskriviet dawn il-prinċipji bħala l-aktar lista komprensiva ta’ kontroll li qatt ġiet miġbura biex tiġi assigurata istituzzjoni tal-Ombudsman li hija awtonoma u indipendenti.  Dawn il-prinċipji ivarjaw minn elezzjoni jew tkeċċija ta’ persuna u mandati ta’ medjaturi, sa garanziji finanzjarji u  materjali li huma meħtieġa għall-funzjoni xierqa tagħhom.

Titsa’ tniżżel ‘Il-Prinċipji dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni tal-Istituzzjoni tal-Ombudsman’ minn hawnhekk

 

Stqarrijiet
Uncategorized @mt