L-ISTITUT INTERNAZZJONALI TAL-OMBUDSMAN

ioL-Istitut Internazzjonali tal-Ombudsman (IOI) twaqqaf fl-1978 u huwa organizzazzjoni internazzjonali li permezz tagħha l’fuq minn 150 uffiċċji tal-Ombudsmen jikkooperaw bejniethom.  L-IOI minbarra li tieħu ħsieb li minn żmien għal żmen ittella’ l-konferenzi, tinkoraġġixxi ukoll skambjar ta’ informazzjoni fuq livelli kemm reġjonali kif ukoll internazzjonali.

L-għan ewlieni tal-IOI kien dak li tiffaċilita` l-komunikazzjoni bejn il-membri kollha, u dan sabiex tkun tista’ sservi ta’ forum biex fih isiru d-diskussjonijiet. Forum aċċessibbli għad-dinja ddedikat għall-kunċett ta’ medjazzjoni.

L-Istitut hu mqassam f’sitt reġjuni: l-Afrika, l-Asja, l-Awstralasja u l-Paċifiku, l-Ewropa, l-Karibew u l-Amerika Latina u l-Amerika ta’ Fuq.  It-tlett lingwi li l-organizzazzjoni tuża fil-ħidma tagħha huma l-Ingliż, il-Franċiż u l-iSpanjol.  Kull reġjun iservi ta’ kostitwenza reġjonali tal-IOI bil-għan li jippromwovi l-parteċipazzjoni ta’ dak ir-reġjun fl-attivitajiet li jorganizza l-Istitut u fl-istess waqt jgħin fid-deċentralizzazzjoni tal-istess attivitajiet.

www.theioi.com

Networks