Kif tgħamel ilment

L-ilmenti jistgħu jitressqu lill-Uffiċċju tal-Ombudsman jew permezz ta’ ittra, online, bl-email jew billi timtela formola apposta li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Kopji tal-korrispondenza kif ukoll xi dokumenti oħra relevanti għall-ilment u li juru li l-awtorita` ikkonċernata ġiet diġa` avviċinata biex jinkiseb rimedju għandhom jintbagħtu lill-Uffiċċju tal-Ombudsman qabel ma każ ammessibbli għall-investigazzjoni jkun jista’ jibda jiġi investigat.

Meta l-ilment jitressaq permezz ta’ email jew permezz tal-formola online, hu meħtieġ li tintbagħat kopja ffirmata tal-ilment flimkien mad-dokumenti relatati lill-Uffiċċju tal-Ombudsman, 11, Triq San Pawl, Valletta.

Is-servizzi offruti mill-Ombudsman huma kollha bla ħlas u filwaqt li l-Ombudsman jagħmel kull sforz biex jikkonkludi l-invetigazzjonijiet tiegħu fl-iqsar żmien possibbli, dan bl-ebda mod ma jippreġudika l-kwalita` tas-servizzi li hu joffri.

Niżżel il-formola fil-format PDF

Agħmel ilment online

Niżżel il-formola fil-format PDF