Kif jista’ wieħed jispjega x’inhi l-istituzzjoni tal-Ombudsman?

L-Istitut Internazzjonali tal-Ombudsman jagħti din d-definizzjoni:

L-istituzzjoni tal-Ombudsman huwa uffiċċju mwaqqaf permezz ta’ kostituzzjoni jew statut, immexxija minn uffiċjal pubbliku indipendenti f’kariga għoljali jirċievi lmenti minn persuni li jħossuhom li sofrew inġustizzja u malamministrazzjoni permezz tal-aġir jew azzjoni ta’ aġenziji governattivi, uffiċjali, impjegati jew dawk li jaħdmu tal-gvern.  L-Ombudsman għandu l-poteri li jinvestiga, jikkritika u jirrakkomanda rimedji u b’mod ġenerali jippromwovi amministrazzjoni pubblika tajba.  L-Ombudsman huwa meqjus bħala individwu li għandu prestiġju u huwa influwenti sabiex jaqdi l-funzjoni tiegħu b’mod oġġettiv, b’kompetenza, b’effiċjenza u ekwita`. Hu jew hi jużaw proċeduri li jagħtu riżultati malajr, huma rħas u informali, aċċessibbli u ma għandu ebda poter li jinforza l-opinjoni tiegħu.”[1]


[1] L-Istitut Internazzjonali tal-Ombudsman kien imwaqqaf fl-1978 u l-uffiċċju ewlieni tiegħu jinsab ġewwa l-Universita` ta’ Alberta fil-Kanada.  Dan l-Istitut twaqqaf prinċipalment sabiex jiġi promoss il-kunċett tal-Ombudsman u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ din l-istituzzjoni madwar id-dinja: biex jinkoraġġixxi u jagħti appoġġ għal riċerka u taħriġ fl-Uffiċċju, biex jiżviluppa u jħaddem programmi għall-Ombudsmen, il-ħaddiema tagħhom u persuni interessati, kif ukoll għal raġunijiet oħra varji relatati mal-kunċett.

Mistoqsijiet