Jista’ wieħed iressaq l-ilment tiegħu lill-Uffiċċju tal-Ombudsman fil-konfront ta’ Dipartiment, Awtorita` jew Entita` li jkollhom mekkaniżmu intern li jitratta l-ilmenti?

Kemm-il darba min jilmenta jressaq l-ilment tiegħu lill-mekkaniżmu mwaqqaf internament biex jitratta l-ilmenti u ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-bord, jista’ jibgħat l-ilment tiegħu lil dan l-Uffiċċju flimkien mad-dokumenti kollha relatati li għandhom jinkludu kopja tad-deċiżjoni in kwistjoni.

Jistgħu ukoll jitressqu għall-attenzjoni tal-Ombudsman dawk l-ilmenti  fejn min jilmenta jħossu li ġie ippreġudikat b’riżultat tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni li jkun ħa l-bord.  Dawn l-ilmenti iżda jiġu investigati biss kemm-il darba l-Ombudsman ikun sodisfatt li min jilmenta jkollu interess personali suffiċjenti.

 

Mistoqsijiet