Il-Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman jiddikjara illi huwa jaqbel fis-sħiħ li għandhom jitwaqqfu minnufih l-attivitajiet tal-massa.
Il-Kummissarju jemmen li, mill-evidenza disponibbli, m’hemmx dubju li hemm bżonn li tittieħed azzjoni qabel is-sitwazzjoni ssir waħda iddisprata.
Fl-aħħar xhur saru sagrifiċċji kbar mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, mill-pubbliku u min-negozji. Għandu jiġi żgurat li dak li nkiseb ma jintilifx.
F’dan l-istadju hemm il-ħtieġa ta’ direzzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
23 55