Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar jippubblika il-proposti tieghu ghall-abbozz li jemenda l-liġi sussidjarja msejjha ‘Regolamenti dwar l-evitar ta’ ħsara lil proprjetà ta’ terzi persuni’

Wara li x-xogħlijiet ta’ demolizzjoni u tħaffir twaqqfu nhar it-13 ta’ Ġunju 2019 u wara li nhar is-16 ta’ Ġunju 2019 ġie ippubblikat l-abbozz li jemenda l-liġi sussidjarja msejjħa ‘Regolamenti dwar l-evitar ta’ ħsara lil proprjetà ta’ terzi persuni’, il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman fil-kapaċità tiegħu bħala difensur taċ-ċittadin f’materji li jitrattaw l-ambjent, ħejja serje ta’ rakkomandazzjonijiet, mhux biss bil-għan li dawn jiġu ikkunsidrati mill-Gvern f’din il-konsultazzjoni pubblika, imma wkoll sabiex l-istakeholders jiddiskutuhom u jaġixxu dwarhom ħalli jtejjbu l-prestazzjoni tagħhom.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jaħtaf din l-opportunità u jibgħat ukoll il-kummenti tiegħu dwar ir-regolamenti proposti sa nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Ġunju 2019 fuq is-sit tal-Gvern www.konsultazzjoni.gov.mt

Tista tniżżel il-proposti tal-Kummissarju minn hawn

 

Media Releases