Diskors tal-Ombudsman waqt seduta tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li ddiskutiet l-Ombudsplan 2020

Sur President,

Onor. Membri,

L-Ombudsplan ta’ din is-sena hu ispirat mill-Opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja adottata f’Diċembru 2018, dwar l-qafas kostituzzjonali f’Malta, s-separazzjoni tal-poteri, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-infurzar tal-liġijiet f’Malta.

Din l-Opinjoni maħsuba biex itejjeb il-kontrolli u bilanċi bejn l-istituzzjonijiet tal-Istat u l-indipendenza tal-ġudikatura, trattat ukoll l-istituzzjoni tal-Ombudsman. Il-Kummissajoni ta’ Venezja qieset kemm l-Uffiċċju tal-Ombudsman f’Maltahu strument effettiv u effiċjenti ta’ verifika tal-amministrazzjoni pubblika li jgħin biex jiggarantixxi d-dritt taċ-ċittadin għall-amministrazzjoni pubblika tajba.

Waqt li l-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni fuq l-istituzzjoni tal-Ombudsman huma ġeneralment pożittivi. Il-Kummissjoni għamlet rakkomandazzjonijiet maħsuba biex itejjbu l-istruttura u jassiguraw aktar l-indipendenza u l-awtonomija tal-Uffiċċju tal-Ombudsman. Il-Kummissjoni Venezja għamlet ukoll suġġerimenti ta’ tibdil fil-Kostituzzjoni u l-liġijiet maħsuba biex isaħħu r-rabta bejn l-istituzzjoni u l-Parlament.  

Il-Kummissjoni ta’ Venezja tinsisti li l-Ombudsman jeħtieġ li jkollu biżżejjed saħħa biex jassigura trasparenza u kontabilità fl-aġir tal-amministrazzjoni pubblika.  Kwalitajiet li huma l-aħjar garanziji biex jiġu mrażżna l-amministrazzjoni ħażina u l-abbuż tal-poter.  Saħħa li għandha testendi wkoll għall-kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman mill-Parlament u l-infurzar effettiv tagħhom.

Huwa għalhekk, li dan l-Ombudsplan huwa wkoll motivat mid-dikjarazzjonijiet tal-Gvern li fil-linja ġenerali, kien jaqbel mal-Opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja u kien lest li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħha billi jagħmel it-tibdil meħtieġ.

Infatti, diġa ġew imressqa fil-Kamra tad-Deputati diversi liġijiet maħsuba biex jimplimentaw parti minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet fosthom abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar l-Ombudsman.  Dan l-abbozz għadu ma ġiex ippubblikat imma wieħed jistenna li jkun jirrifletti s-sustanza tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-Opinjoni ta’ Venezja dwar l-istituzzjoni tal-Ombudsman.  

Sal-lum, wieħed ma jifhiemx kif, bħala istituzzjoni għadna ma ġejniex ikkonsultati dwar l-emendi li l-Gvern bi ħsiebu jressaq għall-Att dwar l-Ombudsman. L-esperjenza dejjem uriet, illi meta jkun hemm konsultazzjoni mibnija fuq twemmin tademokrazija parteċipattiva, l-affarijiet dejjem imxew aħjar.

Għalhekk, wieħed ma jifhimx ir-riluttanza li jkun hemm konsultazzjoni sħiħa mal-Istituzzjoni, anke jekk b’mod kunfidenzjali, dwar miżuri li jkunu ser jitressqu quddiem il-Kamra tad-Deputati u li direttament jolqtu l-mod kif l-istituzzjoni għandha tissaħħaħ, titmexxa u tiffunzjona.

Fil-fehma tagħna konsultazzjoni oġġettiva u sfiqa dwar dawn ir-riformi ma tistax tħalli ħlief ġid, speċjalment meta wieħed iqis li l-Uffiċċju tagħna diġà għamel proposti estensivi f’dan ir-rigward li jistgħu u għandhom ikunu ikkunsidrati.

Jekk dan il-proċess isir fi spirtu ta’ djalogu, ir-riżultat ma jistax ma jkunx pożittiv u ta’ vantaġġ mhux biss għas-soċjetà ġenerali imma wkoll għall-istess amministrazzjoni pubblika.

Leġislazzjoni Progressiva li taħdem

Sa mit-twaqqif tagħha, 25 sena ilu, l-istituzzjoni kienet mogħnija bl-elementi essenzjali li jassiguraw l-indipendenza u l-awtonomija tagħha mill-Eżekuttiv.  Biż-żmien l-istituzzjoni evolviet u llum bil-ħatra tal-Kummissarji, hi f’pożizzjoni li toffri servizz speċjalizzat, aktar iffokat u awtorevoli.  

Naturalment l-esperjenza wriet u qed turi li hemm lok ta’ titjib fil-qafas leġislattiv biex tassigura li x-xogħol tal-Ombudsman u l-Kummissarji jkun aktar effiċjenti u effettiv.  

Dan b’mod partikolari fi-rigward ta’ proċeduri maħsuba biex jassiguraw b’ħeffa li l-awtorità tal-Ombudsman u l-Kummissarji tiġi rikonoxxuta u rispettata fejn meħtieġ.  

Wasal ukoll ż-żmien li jiġu kunsidrati emendi li jassiguraw li r-rakkomandazzjonijiet li jsiru mill-istituzzjoni jiġu ikkunsidrati, u diskussi fil-fond u meta meħtieġ deċiżi mill-organi kompetenti tal-Kamra tad-Deputati u eċċezzjonalment, ukoll ġudizzjarjament.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman ilu snin jirrakkomanda u fl-2014 kien anke issottometta formalment pubblikazzjoni b’numru ta’ rakkomandazzjonijiet dwar kif tal-Istituzzjoni tal-Ombudsmantista’ tissaħħaħ.

Fil-fehma tagħna wasal iż-żmien, fl-għeluq tal-ħamsa u għoxrin sena minn mindu daħal fis-seħħ li l-Att dwar l-Ombudsman tal-1995, jiġi rivedut u aġġornat biex jilqa’ għaż-żminijiet tal-lum u l-isfidi li qegħdin kontinwament jinbidlu.  Dan meta hemm għatx u bżonn biex is-Saltna tad-Dritt tiġi aktar assigurata.  

Il-proposti u r-rakkomandazzjonijiet għat-tibdil li għamilna huma ċari u issa sostnuti mill-Kummissjoni awtorevoli tal-Kunsill tal-Ewropa.  Il-mira għandha tkun li din l-Istituzzjoni, bħal dik tal-Awditur Ġenerali, tkun rikonoxxuta bħala organu vitali għall-verifika tal-amministrazzjoni pubblika fis-servizz tal-Kamra tad-Deputati u tingħata l-għodda kollha meħtieġa biex teżerċita l-funzjonijiet tagħha b’mod l-aktar effettiv.

Rispett lejn l-Istituzzjoni tal-Ombudsman

F’ċertu ċirkostanzi, anke jekk mhux neċessarjamentkonxjament, l-Istituzzjoni tiġi imminata u mxekkla minn aġiramministrattiv. Dan spiss jiġri għaliex ikun hemm nuqqas ta’ rispett lejn l-awtorità tal-Ombudsman u tal-Kummissarjiproprju meta l-amministratur pubbliku ma jifhimx x’inhisewwa l-funzjoni tal-Istituzzjoni bħala difensur taċ-ċittadin.

Dan in-nuqqas ta’ għarfien dwar in-natura essenzjali tal-Uffiċċju spiss iwassal għal tnaqqir fil-livell ta’ kooperazzjoniwaqt l-investigazzjoni. Dan in-nuqqas ta’ arfien jagħti l-impressjoni, manifestament żbaljata, li l-Uffiċċju talOmbudsman m‘hu xejn ħlief estensjoni tas-servizz pubbliku li hu mistenni li jimplimenta l-politika tal-Gvern tal-ġurnata,meta dan għandu jkun prinċipalment għas-servizz taċ-ċittadin. Atteġjament żbaljat li wassal sal-punt li, fejn l-opinjoni tal-Uffiċċju tal-Ombudsman ma tkunx taqbel mal-politika tal-Gvern jew ta’ awtorità pubblika li taqataħt l-iskrutinjutiegħu, din tistatiġi skartata.

Il-Prinċipji ta’ Venezja għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-istituzzjoni tal-Ombudsplan

F’Marzu tas-sena li għaddiet, il-Kummissjoni ta’ Venezja adottat dokument li fih stabbiliet prinċipji għall-protezzjoni u promozzjoni tal-istituzzjoni tal-Ombudsman.  Prinċipji li għandhom ikunu l-bażi biex jassiguraw l-indipendenza, l-objettività, t-trasparenza, l-ekwità u l-imparzjalità tal-istituzzjoni.

Id-dokument jelenka ħamsa u għoxrin (25) prinċipju meqjusali huma r-rekwiżiti li l-istituzzjoni tal-Ombudsman għandu jkollha biex tassigura liċ-ċittadin servizz li jispira fiduċja li tkun it-tarka tad-drittijiet tiegħu u l-kuxjenza tal-amministrazzjoni pubblika, f’qafas istituzzjonali li jiggarantixxi l-awtonomija u l-indipendenza tagħha.  

Dawn il-prinċipji ta’ Venezja jipprovdu fuq kollox riga li biha jista’ jiġi mkejjel jekk l-istituzzjoni tal-Ombudsman fil-pajjiż kinitx konformi mal-istandards bażiċi iżda rigorużi meħtieġa u mixtieqa f’soċjetà demokratikament evoluta.

F’dan l-Ombudsplan li qed niddiskutu llum, qed issir analiżi qasira ta’ kull Prinċipju biex jiġi indikat jekk u safejn il-qafas kostituzzjonali u legali li jirregola l-istituzzjoni tal-Ombudsman f’Malta jissodisfax dan il-kejl.  

Eżami li għandu juri kemm dan il-qafas hu konformi mal-Prinċipji, sa fejn hu nieqes u x’jeħtieġ li jsir biex in-nuqqasijiet jiġu rimedjati, jekk hemm bżonn b’emendi xierqa fil-Kostituzzjoni u fl-Att dwar l-Ombudsman.

Dawn il-linji gwida approvati mill-Kumissjoni Venezja flimkien mar-rakkomandazzjonijiet li kien ressaq l-Uffiċċju tal-Ombudsman fl-2014, jagħtu stampa ċara ta’ kif jidher li għandha tiġi aġġornata l-leġislazzjoni biex tassigura servizz ta’ Ombudsman li jkun aktar awtonomu u indipendenti, effettiv u sigur fl-interess taċ-ċittadin.

Grazzi ħafna.

Media Releases