Charles Messina, Kummissarju għas-Saħħa (2012 – )
Is-Sur Charles Messina twieled il-Ħamrun fil-5 ta’ Settembru 1940. Huwa studja fl-iskola Primarja tal-Ħamrun u aktar tard il-Liċeo. Fl-1957 daħal fis-Servizz Pubbliku u kellu diversi karigi fid-Dipartiment tas-Saħħa u fl-Isptar San Luqa.
Is-Sur Messina segwa Fellowship tal-Kunsill tal-Ewropa, fl-Universita` ta’ Leeds, dwar is-Servizzi tas-Saħħa fir-Renju Unit. Aktar ’il quddiem segwa Senior Management Development Programme li kien jinkludi taħriġ postgraduate fil-Hospital Management (International) mill-Universita` ta’ Birmingham fir-Renju Unit.
Fl-1993, is-Sur Messina ngħata l-Medalja għall-Qadi tar-Repubblika.
Wara li rtira mis-Servizz Pubbliku fil-31 ta’ Diċembru 2008, huwa baqa’ jagħti s-servizzi tiegħu fil-volontarjat.
Fl-1 ta’ Awwissu 2012, b’vot unanimu, nħatar Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Is-Sur Messina miżżewweġ lil Tessie nee Mallia u għandhom żewġt ibniet.
Kuntatt | Email: ch@ombudsman.org.mt |
Tel: +356 2248 3212 |