Kummissarju għall-Edukazzjoni

Is-Sur Charles Caruana Carabez, Kummissarju għall-Edukazzjoni (2017 – )

Charles Caruana Carabez twieled fl-1947 u attenda Stella maris College, fil-Gżira, fejn irċieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja. Iggradwa mir-Royal University of Malta bil-lawreja ta’ B’A. (Hons) fl-Ingliż u kompla sabiex kiseb il-lawreja ta’ M.A. b’teżi dwar it-traġedja Shakespearjana li ħadem flimkien ma’ l-Universita Rjali u x-Shakespeare Institute ta’ Birmingham.

Serva bħala għalliem u kap tad-Dipartiment fl-Istitut Tekniku, fl-Iskola Superjuri Gian Franġisk Abela u fil-Junior College ta’ l-Universita.  Kien membru tal-Kunsill tal-Universita u membru tal-bordijiet tal-ITS, tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u n-National Commission for Further and Higher Education.  L-aħħar ħidma tiegħu kienet bħala Direttur tal-Istudji fi skola li tgħallem il-lingwa Ngliża lill-barranin.  Ikkontribwixxa ħafna artikoli fil gazzetti u huwa awtur ta’ żewġ kotba dwar il-letteratura Ngliża.

Is-Sur Caruana Carabez huwa miżżewġ lill-Carmen, nee Pirrone, u għandu żewġ ulied, Fiona u Alan, u tlett neputijiet, Andrew, Emma u Lara.

 

Kuntatt      Email: ceduc@ombudsman.org.mt
Tel: +356 2248 3200