Min hu l-Ombudsman Parlamentari?

L-Ombudsman huwa uffiċjal indipendenti tal-Parlament maħtur mill-President tar-Repubblika fuq riżoluzzjoni tal-Parlament bl-approvazzjoni ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-voti tal-Membri kollha tal-Kamra.

L-istituzzjoni tal-Ombudsman f’Malta twaqqfet permezz tal-Att dwar l-Ombudsman (Att Nru XXI tal-1995) li daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 1995.

Fl-2010, l-Att dwar l-Ombudsman ġie emendat permezz tal-Att XVII tal-2010 li jipprovdi l-ħatra ta’ Kummissarji għall-Investigazzjonijiet Amministrattivi f’oqsma speċjalizzati tal-amministrazzjoni pubblika.   Bis-saħħa ta’ dawn l-emendi, gew appuntati tlett Kummissarji fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Kummissarju għas-Saħħa, Kummissarju għall-Ambjent u Ippjanar u Kummissarju għall-Edukazzjoni.  Il-Kummissarju huma ukoll Uffiċjali tal-Parlament.

Dawn l-emendi fornew lill-Kummissarji b’indipendenza u awtonomija sħiħa kemm fil-qadi tal-poteri u funzjonijiet mogħtija lilhom f’dawk l-oqsma li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom kif ukoll fil-proċessi u proċeduri investigattivi.  F’kull aspett ieħor, l-Kummissarji huma integrati fl-istrutturi eżistenti tal-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentari.

L-Att jinkludi ukoll provvedimenti oħra legali li jirregolaw il-ħidma tal-Ombudsman Parlamentari u l-Kummissarji sabiex jipprovdu servizz investigattiv aktar konsistenti.

 

Mistoqsijiet