ASSOĊJAZZJONI TAL-OMBUDSMEN TAL-MEDITERRAN

amoL-Assoċjazzjoni tal-Ombudsmen tal-Mediterran twaqqfet fid-19 ta’ Diċembru 2008, f’Marseille.

L-AOM hi magħmula minn ombudsmen, medjaturi, istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet   fir-reġjun tal-Mediterran li l-għan tagħhom hu li jippromwovu u jipproteġu d-Drittijiet tal-Bniedem.  L-Assoċjazzjoni u l-membri fi ħdanha lkoll jaħdmu biex jippromwovu u jiddefendu d-demokrazija, il-ħarsien tal-liġijiet, l-paċi fis-soċjeta` fil-konfini tal-Mediterran u jenforzaw dawk il-liġijiet, kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali, li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem inkluża d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Diċembru 1948 u r-Rabat Declaration tal-10 ta’ Novembru 2007.

L-AOM taħdem ukoll biex tippromwovi kooperazzjoni internazzjonali ma’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra ddedikati lill-promozzjoni u d-difiża tad-Drittijiet tal-Bniedem.

L-objettivi tal-Assoċjazzjoni huma:

  • l-promozzjoni ta’ għarfien akbar tal-irwol u l-missjoni tal-istituzzjonijiet tal-Medjaturi u Ombudsmen fir-reġjun tal-Mediterran;
  • l-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ programmi biex jiġu skambjati informazzjoni u esperjenzi fost il-membri tagħha;
  • l-ġabra, ż-żamma u t-tqassim ta’ informazzjoni u riċerki dwar l-istituzzjoni tal-Ombudsman;
  • l-iżviluppar tar-relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet, organizzazzjonijet, individwi u entitajiet legali oħra li għandhom objettivi simili għal dawk tal-assoċjazzoni; u
  • l-organizzazzjoni ta’ taħriġ u pubblikazzjoni ta’ materjal informattiv għall-membri tagħha bil-għan li jkun hemm firxa dejjem akbar ta’ informazzjoni.

L-Ombudsman Parlamentari ta’ Malta huwa t-Teżorier tal-assoċjazzjoni.

http://www.ombudsman-med.org

Networks