Kummissarju għall-Edukazzjoni

Prof Charles Farrugia, Kummissarju għall-Edukazzjoni (2014 – )

Prof C FarrugiaIl-Professur Charles Farrugia twieled ir-Rabat fit-2 ta’ Ġunju tal-1941.  Huwa studja fil-Kulleġġ San Alwiġi u l-Kulleġġ San Mikiel għall-Għalliema. Beda l-karriera tiegħu fl-Edukazzjoni bħala għalliem fl-iskejjel tal-Gvern.  Huwa kompla jitħarreġ permezz ta’ studji fl-Istitut tal-Edukazzjoni fl-Universita` ta’ Londra.  Sar għalliem f’St Michael’s u Mater Admirabilis  Training Colleges li aktar tard, żviluppaw fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni tal-MCAST, fejn il-Professur Farrugia laħaq l-Kap tad-Dipartiment.

Huwa kiseb Baċellerat fl-Istudji tal-Kommunikazzjoni (B.A. Major) (Communication Studies) mill-Universita` ta’ Montreal, grad ta’ Master’s fit-Teknoloġija tal-Edukazzjoni (Educational Technology) mill-Universita` ta’ Concordia, Montreal u Dottorat (Ph.D) fl-Edukazzjoni mill-Universita` ta’ Londra.  L-ispeċjalizzazzjoni akkademika tiegħu hi fit-taħriġ tal-għalliema, u l-amministrazzjoni ta’ servizzi edukattivi fi stati żgħar, suġġett li ikkollabora ħafna mall-British Commonwealth Secretariat u l-UNESCO.

Għal sbatax–il sena huwa serva bħala Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Maltija għall-UNESCO. Il-Professur Farrugia kien id-Dekan fundatur tal-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Universita` ta’ Malta għal erbatax–il sena.  Mill-1996 sal-2006 kien il-Pro-Rettur fl-Universita`.  Ġie appuntat bħala Ombudsman tal-Universita` fl-2008 għal terminu ta’ ħames snin u temm din il-kariga meta skada t-terminu fl-2013.  Ġie maħtur Kumissarju għall-Edukazzjoni fi Frar 2014.

Hu miżżewweġ lil Doris u għandhom tlett it-tfal, Sandra, Nadia u Pierre.

Kuntatt      Email: ceduc@ombudsman.org.mt
Tel: +356 2248 3200