Kummissarju għall-Ambjent u Ippjanar

Perit David Pace, Kummissarju għall-Ambjent u Ippjanar (2012 – )

_PDS8286Il-Perit David Pace twieled f’Tas-Sliema fit-2 ta’ Mejju 1946.  Huwa studja fil-Liċeo u fl-Universita` ta’ Malta fejn iggradwa b’Baċellerat tal-Arkitettura (B.Arch) u bħala Arkitett u Inġinier Ċivili (A.&C.E) fl-1971.

Il-Perit Pacewaqqaf l-uffiċċju privat u beda jipprattika bħala perit  u jispeċjalizza l-aktar fl-arbitraġġi bħala espert maħtur mill-Qorti.  Hu kien maħtur fuq l-ewwel bord ta’ arbitri li kien twaqqaf meta daħlet is-sistema ta’ arbitraġġ f’Malta u huwa wkollmembru taċ-Chartered Institute of Arbitrators of London.

Il-Perit Pace kien ukoll attiv fil-Kunsill tal-Kamra tal-Periti (KTP) u kien elett bħala President tlett darbiet.  Bħala rappreżentant tal-Kamra tal-Periti kellu diversi karigi fuq numru ta’ kumitati u bordijiet, fosthom il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini, il-Bord tal-Warrants tal-Periti u s-Sotto-Kumitat tal-KTP dwar l-Etika.

Huwa serva ukoll bħala delegat tal-KTP ma’ diversi korpi internazzjonali illi l-Kamra tal-Periti hija affiljata magħhom, fosthom l-Assoċjazzjoni  tal-Commonwealth tal-Periti (Commonwealth Architects Association) fejn kellu l-kariga ta’ Viċi-President tal-Ewropa, l-International Union of Architects, the Architects Council of Europe and the Union of Mediterranean Architects fejn serva bħala Segretarju Ġenerali għal żewġ termini konsekuttivi.

Il-Perit Pace kien ukoll membru fuq il-Kumitat dwar il-Kontroll tal-Iżvilupp u kien appuntat bħala Chairperson fuq żewġ kumitati tal-MEPA li kienu jittrattaw ir-riforma dwar il-policy.

Waqt il-proċess tas-sħubija ta’ Malta bħala Membru fl-Unjoni Ewropeja, huwa kien delegat tal-KTP fuq il-Kumitat tal-Adeżjoni, u aktar tard, fuq il-proċess tat-traspożizzjoni tad-Direttivi tal-Unjoni Ewropeja li kellhom x’jaqsmu mal-professjoni tal-periti.

Il-Perit Pace serva ukoll bħala membru fuq diversi ġurijiet nazzjonali u internazzjonali appuntati biex jaġġudikaw kompetizzjonijiet fl-arkitettura.

Il-Perit Pace huwa miżżewweġ lil Janika nee Coleiro u għandhom tifla Michelle, li hi miżżewġa lil Karl Micallef u tifel David li hu miżżewweġ lil Vibeke nee Ellul Sullivan.

Kuntatt       Email: cep@ombudsman.org.mt
Tel: +356 2248 3219